18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/43
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Novembru 2015 – Chic Investments vs UASI (eSMOKINGWORLD)
(Kawża T-617/15)
(2016/C 016/51)
Lingwa tal-kawża: il-Pollak
Partijiet
Rikorrenti: Chic Investments sp. z o.o. (Poznań, il-Polonja) (rappreżentant: K. Jarosiński, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “eSMOKINGWORLD” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 581 741
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 3227/2014-5
Talbiet
—
tannulla fl-intier tagħha d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Ġunju 2015;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy