21.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 106/35
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – Voigt vs Il-Parlament
(Kawża T-618/15)
(2016/C 106/41)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Udo Voigt (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Richter, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla r-rifjut mill-President tal-Parlament Ewropew li jipprovdi aċċess għal bini tal-Parlament Ewropew għall-konferenza stampa tar-rikorrent prevista għas-16 ta’ Ġunju 2015;
—
tannulla l-projbizzjoni ta’ aċċess imposta mill-President tal-Parlament Ewropew fil-konfront tal-parteċipanti Russi għall-konferenza tas-16 ta’ Ġunju 2015;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati
—
Ir-rikorrent isostni li ċ-ċaħda tat-talba għall-użu ta’ bini u l-projbizzjoni ta’ aċċess imposta fuq il-parteċipanti Russi jiksru t-Trattati jew l-istandards applikabbli fl-implementazzjoni tagħhom.
—
Konformement mar-Regoli dwar il-laqgħat tal-gruppi politiċi, tal-4 ta’ Lulju 2005, ir-rikorrent għandu d-dritt li jingħata għad-dispożizzjoni tiegħu l-bini mitlub. L-ebda raġuni għal rifjut eċċezzjonali ma tirriżulta għaliex il-bini ma kienx okkupat fil-ħin rilevanti u l-konferenza stampa prevista ma kinitx tikkostitwixxi periklu la għas-sigurtà u lanqas għall-funzjonament tajjeb tal-Parlament. B’hekk, ir-rikorrent ġie prekluż milli jipprovdi informazzjoni dwar ix-xogħol Parlamentari tiegħu.
—
Il-projbizzjoni ta’ aċċess imposta fuq il-mistednin Russi tikser il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika u n-nazzjonalità [Artikolu 21(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea].
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter
—
Ir-rikorrent isostni li l-atti tal-President tal-Parlament Ewropew huma manifestament totalment arbitrarji u dijametrikament opposti għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni stabbilita fid-dritt primarju.
Full & Egal Universal Law Academy