18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/44
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2015 – Tractel Greifzug vs UASI – Jiangsu Shenxi Construction Machinery (Forma ta’ vinċ immotorizzat)
(Kawża T-621/15)
(2016/C 016/52)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Tractel Greifzug GmbH (Bergisch Gladbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lüken u C. Maierhöfer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Jiangsu Shenxi Construction Machinery Co. Ltd (Wuxi, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ vinċ immotorizzat) – Trade mark Komunitarja Nru 7 033 061
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1658/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad integralment it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy