18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/46
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Spa Monopole vs UASI – YTL Hotels & Properties (SPA VILLAGE)
(Kawża T-625/15)
(2016/C 016/55)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Cornu u E. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: YTL Hotels & Properties Sdn Bhd (Kuala Lumpur, il-Malażja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “SPA VILLAGE” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 3 841 202
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11/09/2015, fil-Każ R 1954/2013-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy