22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/29
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2015 – Frame vs UASI – Bianca-Moden (BIANCALUNA)
(Kawża T-627/15)
(2016/C 068/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Frame Srl (San Giuseppe Vesuviano, l-Italja) (rappreżentanti: M. Borghese, R. Giordano, u E. Montelione, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bianca-Moden GmbH & Co. KG (Ochtrup, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “BIANCALUNA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 251 808
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-7/08/2015 fil-Każ R 2952/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u/jew
—
tibgħat lura l-każ quddiem l-UASI sabiex tiġi analizzata b’mod xieraq il-probabbiltà ta’ konfużjoni filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-prova ta’ użu ppreżentati minn Bianca-Moden GmbH & Co. KG;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż kemm tal-ewwel istanza kif ukoll ta’ din il-proċedura;
—
alternattivament, tirriforma d-deċiżjoni kkontestata b’tali mod li l-prodotti li ġejjin fil-Klassi 25 jiġu rreġistrati: ħwejjeġ ta’ taħt, piġami, t-shirts, qliezet ta’ taħt għan-nisa, qliezet ta’ taħt tal-irġiel.
Motivi invokati
—
Interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 207/2009 meta ġie magħżul dritt preċedenti wieħed biss;
—
Interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 207/2007 fl-evalwzzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni fost is-sinjali pparagunati.
Full & Egal Universal Law Academy