15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/21
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2015 – Scandlines Danmark u Scandlines Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-630/15)
(2016/C 059/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Scandlines Danmark ApS (København, id-Danimarka), Scandlines Deutschland GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Sandberg-Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Lulju 2015 fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat SA.39078 (2014/N) (Danimarka) għall-finanzjament tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wetqet żball billi kkonstatat li l-finanzjament mogħti lil Femern A/S għall-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni wettqet żabll meta kkonkludiet li l-miżuri ta’ għajnuna mogħtija lil Femern A/S għall-konnessjoni fissa huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(b) TFUE. Il-Kummissjoni wetqet żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni billi kkonkludiet li l-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn kien ta’ natura ta’ interess Ewropew komuni u billi kkonkludiet li l-għajnuna kienet neċessarja u proporzjonata. Il-Kummissjoni wettqet ukoll żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ distorzjonijiet tal-kompetizzjoni indebiti u l-kriterju ta’ ibbilanċjar u fir-rigward tal-mobilizzazzjoni tal-garanziji tal-Istat.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ir-rikorrenti jsostnu li jeżistu indizji ta’ diffikultajiet gravi marbuta mat-tul u ċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ eżami preliminari. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jinvokaw in-natura insuffiċjenti u inkompelta tal-analiżi dwar il-finanzjament mogħti lil Femern A/S għall-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni, fir-rigward tan-natura ta’ interess Ewropew komuni tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn, fir-rigward tan-neċessità u tal-proporzjonalità tal-għajnuna mogħtija u fir-rigward tal-prevenzjoni tad-distorzjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-kriterju ta’ ibbilanċjar.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni. Il-Kummissjoni ma pprovdietx raġunijiet fir-rigward tal-konnessjonijiet ferrovjarji Daniżi maż-żoni interni, fir-rigward tan-natura ta’ interess Ewropew komuni tal-proġett ta’ konnessjoni fissa ta’ Fehmarn, fir-rigward tan-neċessitàu tal-proporzjonalità tal-għajnuna u fir-rigward tal-[prevenzjoni] tad-distorzjonijiet indebiti tal-kompetizzjoni kif ukoll tal-kriterju ta’ ibbilanċjar.
Full & Egal Universal Law Academy