18.1.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/48
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Tuum vs UASI – Thun (TUUM)
(Kawża T-635/15)
(2016/C 016/58)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Tuum Srl (San Giustino, l-Italja) (rappreżentant: B. Saguatti, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Thun SpA (Bolzano, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “TUUM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 939 774
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2624/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad b’mod definittiv u fit-totalità tagħha l-oppożizzjoni kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għall-prodotti fil-klassi 14;
—
tordna lill-UASI tirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kif ukoll quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy