8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/55
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – Malle vs Il-Parlament
(Kawża T-641/15)
(2016/C 048/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tanja Malle (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: N. Pirc Musar, lawyer)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2015)8324 C, tal-14 ta’ Settembru 2015, li tiċħad it-talba konfermatorja tar-rikorrent għal aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni dwar spejjeż tal-ivvjaġġar, allowances ta’ kuljum, allowances ta’ spiża ġenerali u spejjeż li jirrigwardaw il-persunal tal-Membri tal-Parlament Ewropew;
—
tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tar-rikorrenti skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ partijiet intervenjenti.
Motivi u argumenti prinċipali
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 (2), peress li d-data personali li għaliha saret it-talba ma hijiex protetta taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 moqri flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni ġie rrifjutat, minkejja li l-kundizzjonijiet għall-iżvelar ġew sodisfatti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ġenerali, taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 moqrija flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jiġi eżaminat kull dokument individwali.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, billi r-rifjut li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kienx ġustifikat.
5.
Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif meħtieġ mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-Parlament naqas milli jindirizza l-argumenti kollha tar-rikorrenti.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 26, p. 102).
Full & Egal Universal Law Academy