8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/71
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2015 – García Rey vs Il-Parlament
(Kawża T-658/15)
(2016/C 048/79)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Marcos García Rey (Madrid, Spanja) (rappreżentant: N. Pirc Musar, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla s-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew A(2015)8661 C, tas-16 ta’ Settembru 2015, li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrent għall-aċċess għal ċerti dokumenti relatati ma’ informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, l-allowances għall-għajxien, l-allowances għall-infiq ġenerali u infiq għall-arranġamenti tal-persunal tal-Membri tal-Parlament Ewropew;
—
tordna lill-Parlament iħallas l-ispejjeż tar-rikorrent skont l-Artikoli 134 u 140 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, inklużi l-ispejjeż ta’ kull parti intervenjenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv jallega ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1) flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 (2), peress li d-data personali mitluba ma hijiex protetta taħt il-leġiżlazzjoni Komunitarja.
2.
It-tieni motiv jallega ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001, peress li l-aċċess għall-informazzjoni mitluba ġie rrifjutat, minkejja li l-kundizzjonijiet għall-iżvelar ġew sodisfatti.
3.
It-tielet motiv jallega ksur tal-obbligu ġenerali, taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 flimkien mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament Nru 1049/2001, li jsir eżami ta’ kull dokument individwali.
4.
Ir-raba’ motiv jallega ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li r-rifjut li jingħata aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba ma kienx iġġustifikat.
5.
Il-ħames motiv jallega ksur tal-obbligu li tingħata raġuni kif stabbilit mill-Artikoli 7(1) u 8(1) tar-Regolament Nru 1049/2001, peress li l-Parlament naqas milli jindirizza l-argumenti kollha tar-rikorrent
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).
Full & Egal Universal Law Academy