8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/80
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann vs ECHA
(Kawża T-669/15)
(2016/C 048/88)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim, il-Ġermanja), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja), Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjizi Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, M. Grunchard, lawyers, u P. Sellar, Solicitor)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar l-inklużjoni tal-kumpannija BASF fil-lista ta’ sustanzi attivi u fornituri prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (1); u
—
tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jissottomettu lil, billi ppermettiet li kumpannija tiġi inkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fir-rigward ta’ sustanza partikolari, ECHA naqset milli tapplika l-liġi. Dan in-nuqqas huwa bbażat fuq tliet motivi fid-dritt.
1.
L-ewwel motiv, li jallega li ECHA applikat ħażin ir-regoli li jirrigwardaw ir-rekwiżit li l-kumpannija tissottometti fajl komplut taħt l-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.
2.
It-tieni motiv, li jallega li ECHA ttrattat lil kumpanniji, li kienu jinsabu fl-istess sitwazzjoni, b’mod differenti.
3.
It-tielet motiv, li jallega li, bil-kontra tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ECHA naqset milli tiżgura li jkun hemm trattament ekwu bejn dawk il-kumpanniji li pparteċipaw fil-programm ta’ rieżami tas-sustanza indikata u dawk li ħadu vantaġġ minnu.
(1) Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy