7.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 90/20
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – Novartis vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ minġel bl-aħdar u bl-abjad)
(Kawża T-679/15)
(2016/C 090/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizera)(rappreżentant: M. Zintler, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva Komunitarja (Rappreżentazzjoni ta’ minġel bl-aħdar u bl-abjad) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 189 139
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 78/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara li l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludix is-sinjal inkwistjoni (trade mark Komunitarja Nru 13 189 139) fir-rigward tal-oġġetti fil-Klassi 5 deskritti fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv(i) invokat(i)
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy