1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/67
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2015 – Environmental Manufacturing vs UASI – Société Elmar Wolf (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu)
(Kawża T-681/15)
(2016/C 038/90)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Environmental Manufacturing LLP (Stowmarket, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société Elmar Wolf SA (Wissembourg, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ ras ta’ lupu) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 971 511
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1252/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy