15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/26
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2015 minn Roderich Weissenfels mis-sentenza mogħtija fl-24 ta Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-92/14 Weissenfels vs Il-Parlament
(Kawża T-684/15 P)
(2016/C 059/28)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Roderich Weissenfels (Freiburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Maximini, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
—
tannulla s-sentenza;
—
tilqa’ t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza u
—
konsegwentement tikkundanna lill-Parlament għall-ħlas tad-danni morali mitluba u għall-ħlas tal-proċeduri fiż-żewġ istanzi, inklużi dawk tal-proċedura prekontenzjuża u l-onorarji u l-ispejjeż kollha neċessarji tal-appellant.
Aggravji u argumenti prinċipali
B’dan l-appell, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, tal-24 ta’ Settembru 2015, Weissenfels vs Il-Parlament (F-92/14, ĠabraSP, EU:F:2015:110).
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka erba’ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tar-rekwiżit ta’ imparzjalità (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)
—
L-appellant isostni li kemm il-proċeduri ġudizzjarji li wasslu għas-sentenza appellata kif ukoll is-sentenza nnifisha huma kkaratterizati b’mod kontinwu minn ksur ripetut tar-rekwiżit ta’ imparzjalità. Dan il-ksur huwa ovvju kemm f’azzjonijiet sussidjarji kif ukoll fi ksur tal-liġi li huwa rilevanti għad-deċiżjoni.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq ċaħda ta’ ġustizzja, ksur tal-prinċipji ta’ loġika u żnaturament tal-fatti fir-rigward tar-rifjut li jiġi eżaminat jekk jeżistux l-elementi li jikkostitwixxu reat kriminali.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ loġika, żnaturament tal-fatti u evalwazzjoni manifestament inkorretta fir-rigward tal-affermazzjonijiet defamatorji kkontestati li jinsabu fil-messaġġ elettroniku tal-10 ta’ April 2002.
4.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti u tas-suġġett tal-proċeduri, ksur tal-prinċipji ta’ loġika, u nuqqas ta’ osservanza tal-liġi u ksur tal-liġi fir-rigward tat-trażmissjoni tad-data personali tal-appellant.
Full & Egal Universal Law Academy