1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/67
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2015 – Sulayr Global Service vs UASI – Sulayr Calidad (sulayr GLOBAL SERVICE)
(Kawża T-685/15)
(2016/C 038/91)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Sulayr Global Service, SL (Valle del Zalabi, Spanja) (rappreżentanti: P. López Ronda, G. Macías Bonilla, G. Marín Raigal, u E. Armero Lavie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sulayr Calidad, SL (Granada, España)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “sulayr GLOBAL SERVICE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 960 515
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 149/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tqis li jeżisti xebh bejn is-servizzi msemmija li jaqgħu fil-klassi 40 u s-servizzi koperti mit-trade mark preċedenti li jaqgħu fil-klassi 42 u konsegwentement, probabbiltà ta’ konfużjoni bejniethom;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009 u tar-Regola 49(1) tar-Regolament Nru 2868/95.
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy