8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/86
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Novembru 2015 – Marcas Costa Brava vs UASI – Excellent Brands JMI (Cremcaffé by Julius Meinl)
(Kawża T-691/15)
(2016/C 048/94)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Marcas Costa Brava, SL (Sils, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Excellent Brands JMI Ltd (Baar, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Cremcaffé by Julius Meinl” – Trade mark Komunitarja Nru 11 406 782
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Settembru 2015, fil-Każ R 2756/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara li l-użu tat-trade mark Komunitarja Nru 2 423 705 fir-rigward tal-klassi 30 ġie pprovat u li l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 11 406 782 hija inkompatibbli mat-trade mark Komunitarja Nru 2 423 705;
—
tikkundanna lill-UASI u lill-eventwali konvenuti l-oħra għall-ispejjeż kollha.
Motiv invokat
—
Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 15(1), tal-Artikolu 15(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy