1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/68
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2015 – Clover Canyon vs UASI – Kaipa Sportswear (CLOVER CANYON)
(Kawża T-693/15)
(2016/C 038/92)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Clover Canyon, Inc. (Los Angeles, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Schmitz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kaipa Sportswear GmbH (Heilbronn, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali “CLOVER CANYON” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 120 485
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Awwissu 2015, fil-Każ R 3018/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta’ appell quddiem l-UASI;
jew
—
tikkundanna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti ta’ appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy