29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/22
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2015 – Bergbräu vs UASI – Vilser Privatbrauerei (VILSER BERGBRÄU)
(Kawża T-697/15)
(2016/C 078/32)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Bergbräu GmbH & Co. KG (Uslar, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Reiter, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vilser Privatbrauerei GmbH (Vils, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “VILSER BERGBRÄU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 396 223
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2675/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Privatbrauerei Bergbräu GmbH & Co. KG u Vilser Privatbrauerei GmbH (oppożizzjoni Nru B 002169764);
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
—
tistabbilixxi data għal seduta fil-każ fejn il-kjarifika tal-fatti mill-Qorti Ġenerali teħtieġ dan.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy