15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/28
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 minn Juha Tapio Silvan mis-sentenza mogħtija fit-22 ta’ Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-83/14, Silvan vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-698/15 P)
(2016/C 059/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Juha Tapio Silvan (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: N. de Montigny u J. N. Louis, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
taqta’ u tiddeċiedi li:
—
is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2015 fil-Kawża F-83/14, (Tapio Silvan vs Il-Kummissjoni) hija annullata;
—
permezz ta’ dispożizzjonijiet ġodda,
—
taqta’ u tiddeċiedi li:
—
id-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss hija annullata;
—
il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravu, ibbażat fuq l-ammissibbiltà tal-motivi invokati u tal-provi prodotti, li huwa maqsum f’żewġ partijiet:
—
L-ewwel parti, ibbażata fuq ksur tar-regoli proċedurali u fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ddikjara inammissibbli l-motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ eżami komparattiv tal-merti mill-Awtorità tal-Ħatra;
—
It-tieni parti, ibbażata fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta naqas milli jevalwa l-provi prodotti mir-rikorrent li juru l-assenza ta’ eżami komparattiv mill-Awtorità tal-Ħatra fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ promozzjoni.
2.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 45 u tal-assenza ta’ eżami komparattiv tal-merti, li huwa maqsum f’żewġ partijiet:
—
L-ewwel parti, ibbażata, minn naħa, fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-kuntest tal-analiżi tal-annessi prodotti u fuq l-iżnaturament tal-provi prodotti mill-partijiet, fuq l-assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv kif ukoll fuq l-assenza ta’ motivazzjoni u, min-naħa l-oħra, fuq żball ta’ evalwazzjoni, fuq l-assenza ta’ motivazzjoni, fuq l-assenza ta’ stħarriġ ġudizzjarju effettiv, kif ukoll fuq l-iżnaturament tal-provi;
—
It-tieni parti, ibbażata, minn naħa, fuq żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-motivi mressqa mir-rikorrent sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li r-rikorrent ma kienx qajjem eċċezzjoni ta’ illegalità tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) C(2011) 8190 tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal adottati mill-Kummissjoni Ewropea, fl-14 ta’ Novembru 2011, sa fejn ebda eżami komparattiv ma huwa previst fl-istadju tal-Kumitat konġunt ta’ promossjoni, u, min-naħa l-oħra, fuq żball ta’ evalwazzjoni u l-iżnaturament tal-provi prodotti.
3.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-merti, li huwa maqsum f’żewġ partijiet:
—
L-ewwel parti, ibbażata fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-evalwazzjoni tal-oneru tal-prova;
—
It-tieni parti, ibbażata fuq żball ta’ evalwazzjoni u fuq l-iżnaturament tal-provi prodotti.
Full & Egal Universal Law Academy