29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/26
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2015 – City Train vs EUIPO (CityTrain)
(Kawża T-699/15)
(2016/C 111/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: City Train GmbH (Regensburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Adori, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “CityTrain” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 154 315
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 843/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mill-konvenut fid-9 ta’ Settembru 2015 u tordnah jirreġistra, inkwantu trade mark tal-Unjoni, it-trade mark figurattiva “CityTrain” li saret applikazzjoni għaliha fit-8 ta’ Awwissu 2014 taħt in-Nruo13 154 315 b’indikazzjoni tal-kuluri “griż, aħmar ċar” għal prodotti u servizz indikati fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni u li jaqgħu taħt il-klassijiet 12, 37 u 42.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy