1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/71
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2015 – Volfasn Engelman AB vs UASI – Rauch Fruchtsäfte GmbH (BRAVORO PINTA)
(Kawża T-700/15)
(2016/C 038/96)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Volfas Engelman AB (Kaunas, il-Litwanja) (rappreżentant: P. Olson, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rauch Fruchtsäfte GmbH (Rankweil, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BRAVORO PINTA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 725 381
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1649/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni Nru 10 725 381;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball fl-identifikazzjoni tal-pubbliku rilevanti;
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball billi sostna li l-pubbliku rilevanti ser juri livell ta’ attenzjoni medju;
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball billi ma ħax inkunsiderazzjoni l-elementi viżivi sinjifikattivi tat-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball billi ddeċieda li jeżisti xebh fonetiku bejn it-trade marks;
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball billi bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq il-konstatazzjoni, fil-punt 42, li t-trade mark preċedenti għandha karattru distintiv msaħħaħ għal dak li jirrigwarda x-xarbiet enerġetiċi;
—
il-Bord tal-Appell wettaq żball billi ddeċieda li teżisti probabbiltà ta’ konfużjoni.
Full & Egal Universal Law Academy