1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/72
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2015 – Stock Polska vs UASI – Lass & Steffen (LUBELSKA)
(Kawża T-701/15)
(2016/C 038/97)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Stock Polska Sp. z o.o (Varsavja, l-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lass & Steffen GmbH Wein- und Spirituosen-Import (Lübeck, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “LUBELSKA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 657 459
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1788/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy