22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/30
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2015 – BikeWorld vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-702/15)
(2016/C 068/39)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BikeWorld GmbH (St. Ingbert, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Jovy, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2014, sa fejn ir-rikorrenti hija prevista minn din id-deċiżjoni;
—
tordna s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, fir-rigward tar-rikorrenti, tad-deċiżjoni sakemm tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors (Artikolu 278 TFUE).
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 3634 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar għajnuna mill-Istat tal-Ġermanja favur Nürburgring (SA.31550 [2012/C] ex 2012/NN])
Inostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka essenzjalment il-motivi li ġejjin:
1.
Ir-rikorrenti ma hijiex identika għall-partijiet fil-proċediment tad-deċiżjoni. Konsegwentement, hija ma tistax tiġi azzjonata ġudizzjarjament.
2.
Ir-rikorrenti ma pparteċipatx fil-proċediment li wassal għad-deċiżjoni kkontestata. Konsegwentement, inkiser id-dritt għal smigħ tagħha.
3.
Is-soċji attwali tar-rikorrenti ma għandhomx l-inqas rabta mas-soċji/proprjetarji inizjali fiż-żmien tal-għoti tas-self.
4.
L-għan imfittex mill-irkupru, jiġifieri “li jiġu evitati vantaġġi kompetittivi favur persuna waħda” ma jistax jintlaħaq mid-deċiżjoni, peress li r-rikorrenti ma hija f’kompetizzjoni ma’ ħadd u hija lanqas ma kienet f’kompetizzjoni sa mill-aħħar għoti ta’ self.
5.
Ir-rikorrenti ddikjarat ruħha disposta li tgħaddi għall-istralċjar u għax-xoljiment tagħha jekk dan ikun neċessarju sabiex tiġi evitata insolvenza imminenti li tkun inevitabbli jekk ir-rikorrenti jkollha tagħmel kwalunkwe ħlas fuq il-bażi ta’ rkupru.
Full & Egal Universal Law Academy