8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/86
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2015 – Groupe Go Sport vs UASI – Design Go (GO SPORT)
(Kawża T-703/15)
(2016/C 048/95)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Groupe Go Sport (Sassenage, Franza) (rappreżentanti: G. Arbant u E. Henry-Mayer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Design Go Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “GO SPORT” – Trade mark Komunitarja Nru 5 144 811
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Settembru 2015, fil-Każ R 569/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara l-appell R 569/2015-2 ammissibbli;
—
tirrinvija l-kawża lura lill-Bord tal-Appell;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy