15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/30
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill
(Kawża T-705/15)
(2016/C 059/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Joint Stock Company) (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;
—
sussidjarjament, taħtar il-ħatra ta’ espert sabiex tiġi stabbilita l-portata tad-dannu sostnut mir-rikorrenti;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat, minn naħa, fuq id-dannu morali kkawżat minn dannu fil-konfront tar-reputazzjoni tagħha u, min-naħa l-oħra, fuq id-dannu materjali kkawżat mill-ksur tar-relazzjonijiet kuntrattwali tagħha, mit-telf ta’ tagħmir kif ukoll mit-telf ta’ dħul, li r-rikorrenti kienet sostniet minħabba f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.
Full & Egal Universal Law Academy