1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/73
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-706/15)
(2016/C 038/98)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damsku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea sabiex tħallas id-dannu kollu mġarrab mir-rikorrent għal ammont li l-Qorti Ġenerali tistabbilixxi b’mod ġust;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-istanza.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq id-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab u li kien responsabbli għalih il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-motiv invokat huwa maqsum fi tliet partijiet.
—
L-ewwel parti, ibbażata fuq l-illegalità tal-atti meħuda mill-Kunsill, sa fejn, minn naħa, il-miżuri restrittivi huma ta’ natura inġusta u sproporzjonata u, min-naħa l-oħra, jiksru d-drittijiet għal amministrazzjoni tajba u r-reputazzjoni tar-rikorrent, kif ukoll id-dritt tal-proprjetà tiegħu;
—
It-tieni parti, ibbażata fuq dannu morali li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba fl-inklużjoni tiegħu fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet imsemmija mis-sanzjonijiet kontra s-Sirja;
—
It-tielet parti, ibbażata fuq ir-responsabbiltà mingħajr nuqqas tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-miżuri adottati kontra r-rikorrent jirrestrinġu b’mod anormali d-drittijiet fundamentali tiegħu.
Full & Egal Universal Law Academy