15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/32
Rikors ippreżentat fit-3 ta' Diċembru 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill
(Kawża T-710/15)
(2016/C 059/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Drex Technologies SA (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrenti ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrenti fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq id-dannu morali sostnut minnha, jiġifieri li ppreġudika r-reputazzjoni tagħha, u li huwa f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.
Full & Egal Universal Law Academy