15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/34
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill
(Kawża T-714/15)
(2016/C 059/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Rami Makhlouf (Damasku, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara l-azzjoni tar-rikorrent ammissibbli u fondata;
—
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea biex tikkumpensa d-dannu kollu sostnut mir-rikorrent fl-ammont li l-Qorti Ġenerali għandha tiffissa b’mod ekwu;
—
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku bbażat fuq il-fatt li r-rikorrent sostna dannu morali, li ppreġudika r-reputazzjoni tiegħu, u li huwa f’rabta kawżali diretta mal-miżuri meħuda mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u li r-responsabbiltà tagħhom hija ta’ din tal-aħħar.
Full & Egal Universal Law Academy