15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/35
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – BBY Solutions vs UASI – Worldwide Sales Corporation España (BEST BUY GEEK SQUAD)
(Kawża T-715/15)
(2016/C 059/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: BBY Solutions, Inc. (Minneapolis, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Poulter, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Worldwide Sales Corporation España, SL (Sant Vicenç dels Horts, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BEST BUY GEEK SQUAD” – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 6 064 001
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tt-23 ta’ Settembru 2015, fil-Każijiet magħquda R 517/2015-2 u R 437/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni;
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, tat-22 ta’ Diċembru 2014, fl-oppożizzjoni Nru B 1354630 sa fejn laqgħet l-oppożizzjoni;
—
tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 6 064 001;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy