15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/36
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2015 – Gallardo Blanco vs UASI – Expasa Agricultura y Ganadería (Rappreżentazzjoni tal-ħadida ta’ flett tal-brilja ta’ żiemel fil-forma ta’ H)
(Kawża T-716/15)
(2016/C 059/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Juan Gallardo Blanco (Los Barrios, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Expasa Agricultura y Ganadería, SA (Jerez de la Frontera, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva (Rappreżentazzjoni tal-ħadida ta’ flett tal-brilja ta’ żiemel fil-forma ta’ H) – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 10 424 323
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 1502/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Settembru 2015.
—
tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-UASI tal-14 ta’ April 2014.
—
tbiddel id-deċiżjonijiet preċedenti billi tilqa’ għal kollox l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 10 424 323.
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, kif ukoll għall-proċedimenti ta’ oppożizzjoni u ta’ appell quddiem l-UASI.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 4, tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy