1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/74
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Drugsrus vs EMA
(Kawża T-717/15)
(2016/C 038/100)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Drugsrus Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Howe u S. Ford, Barristers, u R. Sanghvi, Solicitor)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni li tinsab fil-posta elettronika tal-EMA, tat-8 ta’ Ottubru 2015, li ma tippermettix lil Drugsrus tagħti l-isem kummerċjali ġdid Eklira Genuair lil prodott importat bħala Bretaris Genuair; u
—
tikkundanna lill-EMA għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed.
Ir-rikorrenti ssostni li l-EMA wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li ma jistax jiġi awtorizzat l-għoti ta’ isem kummerċjali ġdid lil prodotti mediċinali awtorizzati permezz tal-proċedura ċentralizzata. Hija ssostni li, skont ir-regoli tat-TFUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, importatur parallel huwa awtorizzat jippakkja prodott mill-ġdid jew jagħtih isem kummerċjali ġdid għall-finijiet ta’ distribuzzjoni parallela, bil-kundizzjoni li tali ppakkjar mill-ġdid jew għoti ta’ isem kummerċjali ġdid ikun oġġettivament neċessarju sabiex il-prodott importat ikun jista’ jikseb aċċess effettiv għas-suq tal-Istat Membru ta’ importazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy