15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/37
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Diċembru 2015 – PTC Therapeutics International vs EMA
(Kawża T-718/15)
(2016/C 059/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: PTC Therapeutics International Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: M. Demetriou, QC, C. Thomas, Barrister, G. Castle, B. Kelly u H. Billson, Solicitors)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini EMA/722323/2015, tal-25 ta’ Novembru 2015, li tagħti aċċess lil terzi għall-informazzjoni dwar prodott mediċinali, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), sa fejn id-deċiżjoni tikkonċerna informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali li r-rilaxx tagħha jikser id-drittijiet tar-rikorrenti u sa fejn id-deċiżjoni hija pprojbita mid-dritt UE.
—
tibgħat id-deċiżjoni kkontestata lura lill-EMA għal kunsiderazzjoni ulterjuri fir-rigward tar-redazzjoni ta’ siltiet kunfidenzjali b’konsultazzjoni mar-rikorrenti; u,
—
tikundanna lill-EMA għall-ispejjeż kollha ta’ din il-proċedura.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv jallega li d-dokument inkwistjoni huwa protett mill-Artikolu 4(2) u/jew Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.
2.
It-tieni motiv jallega li d-dokument inkwistjoni fl-intier tiegħu jikkostitwixxi informazzjoni kummerċjalment kunfidenzjali li hija protetta mill-Artikolu 4(2) tal-imsemmi regolament.
3.
It-tielet motiv jallega li r-rilaxx tad-dokument jista’ jdgħajjef il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-EMA.
4.
Ir-raba’ motiv jallega li l-EMA naqset milli twettaq eżerċizzju ta’ bbilanċjar kif meħtieġ mil-liġi.
5.
Il-ħames motiv jallega li r-riżultat ta’ eżerċizzju ta’ bbilanċjar xieraq, kif meħtieġ mil-liġi, kien ikun deċiżjoni sabiex ma jsir rilaxx ta’ ebda parti mid-dokument.
Full & Egal Universal Law Academy