15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/37
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 minn LP mid-digriet mogħti 28 ta’ Settembru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-73/14
(Kawża T-719/15 P)
(2016/C 059/43)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: LP (Den Haag, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)
Talbiet
—
tannulla d-digriet tat-28 ta’ Settembru 2015 mogħti fil-Kawża F-73/14 u li tiddeċiedi l-kawża u, alternattivament, li tirrinvija l-kawża lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;
—
tikkundanna lill-Europol għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju wieħed, ibbażat fuq il-fatt li d-digriet ikkontestat huwa vvizjat b’diversi żbalji ta’ liġi u li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-obbligu ta’ motivazzjoni, id-dmir ta’ premura u l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy