22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/33
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2015 – Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-724/15)
(2016/C 068/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Verband der Bayerischen Privaten Milchwirtschaft e. V. (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bittner u N. Thies, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn:
—
iddeċidiet fl-Artikolu 1 li l-Ġermanja, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, għat-testijiet tal-kwalità tal-ħalib li saru fil-Bayern, tat għajnuna favur impriżi fil-qasam tal-ħalib ikkonċernati fil-Bayern u li din l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern mill-1 ta’ Jannar 2007
—
ordnat fl-Artikoli 2 sa 4 l-irkupru mingħand il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna bl-interessi;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
B’dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2432, tat-18 ta’ Settembru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35484 (2013/C) (ex SA.35484 (2012/NN)) mogħtija mill-Ġermanja għal testijiet tal-kwalità tal-ħalib skont il-Liġi dwar il-Ħalib u x-Xaħam.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-722/15, Interessengemeinschaft privater Milchverarbeiter Bayerns vs Il-Kummissjoni.
Full & Egal Universal Law Academy