15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/41
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Justice & Environment vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-727/15)
(2016/C 059/47)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Association Justice & Environment, z.s. (Brno, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara nulli u bla effett id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, tad-19 ta’ Awwissu 2015, bin-numru ta’ referenza Ref GestDem Nru 2015/4284, li ċaħdet talba għal aċċess għal dokumenti, u d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali f’isem il-Kummissjoni, tal-15 ta’ Ottubru 2015, bin-numru ta’ referenza Ares(2015)4311297, li ċaħdet talba konfermattiva; u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjonijiet ikkontestati huma illegali għaliex imorru kontra: (i) l-Artikolu 15 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kien l-Artikolu 355 TKE); (ii) l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1); (iii) l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2); u (iv) il-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (Konvenzjoni Aarhus), flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-17 ta’ Frar 2005, dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall- ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (2005/370/KE) (3).
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.
(2) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13).
(3) ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 17.
Full & Egal Universal Law Academy