14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/46
Appell ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2015 minn DI mid-digriet mogħti fil-15 ta’ Ottubru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-113/13 DI vs EASO
(Kawża T-730/15 P)
(2016/C 098/61)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: DI (Bucharest, ir-Rumanija) (rappreżentanti: I. Vlaic u G. Iliescu, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)
Talbiet tal-appellant:
—
tannulla d-digriet tal-15 ta’ Ottubru 2015 tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-intier tiegħu fil-Kawża F-113/13;
—
tilqa’ dan l-appell;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-EASO li tkeċċi lill-appellant, u konsegwentement tobbliga lill-EASO jannulla l-effetti legali kollha tal-imsemmija deċiżjoni u li jpoġġi lill-appellant fl-istatus preċedenti kif xieraq;
—
tobbliga lill-EASO jħallas lill-appellant l-ammont ta’ EUR 90 000 bħala danni materjali, u l-ammont ta’ EUR 500 000 bħala danni morali; u
—
tobbliga lill-EASO jħallas l-ispejjeż kollha tal-appellant relatati mar-rappreżentazzjoni legali quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku dwar il-Kawża F-113/13, u dwar dan l-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li l-appell tal-appellant kien ammissibbli u għandu bażi peress li josserva l-korrispondenza bejn l-aggravji, ir-raġunijiet u l-fatti msemmija fi ħdan l-ilment mibgħut waqt il-proċedura amministrattiva u dawk ippreżentati fid-dettall quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
2.
It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ aċċess għal smigħ xieraq u nuqqas ta’ analiżi ġusta fil-fażi ta’ qabel il-kawża. L-ilment tal-appellant waqt il-proċedura amministrattiva kien miċħud mill-istess persuna li inizjalment iddeċidiet li tkeċċi lill-appellant.
It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Full & Egal Universal Law Academy