29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/22
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2015 – ICA Laboratories et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-732/15)
(2016/C 078/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ICA Laboratories Close Corp. (Century City, l-Afrika t’Isfel), ICA International Chemicals (Proprietary) Ltd (Century City), ICA Developments (Proprietary) Ltd (Century City) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u R. Crespi, avukati, u P. Sellar, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat,
—
tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910, tal-21 ta’ Ottubru 2015, li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom (1), u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti jsostnu li meta adottat ir-Regolament (UE) 2015/1910 li jistabbilixxa l-limitu massimu applikabbli ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom għal 0,05 mg/kg, il-Kummissjoni kisret id-dritt tal-Unjoni u ma applikatx ċerti prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjonisi ttradiet l-aspettattivi leġittimi tal-Gvern Sud-Afrikan u tar-rikorrenti u kisret ċerti regoli obbligatorji tar-Regolament (KE) Nruo396/2005 (2) peress li ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-informazzjoni xjentifika u teknika disponibbli.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet serje ta’ żbalji manifesti fl-evalwazzjoni billi bbażat ruħha fuq żewġ pariri tal-Awtorità Ewropea tas-sigurtà tal-ikel, peress li dawn il-pariri kien fihom xi żbalji.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti. Hija bbażat ruħha fuq allegat tħassib xjentifiku li fuqu ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni, la fir-regolament kkontestat u lanqas fid-dokumenti li fuqhom l-imsemmi regolament huwa bbażat.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li r-regolament ikkontestat huwa sproporzjonat. Il-Kummissjoni għażlet l-iktar miżura restrittiva fejn miżuri iktar proporzjonali kienu disponibbli għaliha.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1910, tal-21 ta’ Ottubru 2015, li jemenda l-Annessi III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-gważatina f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU 2015, L 280, p. 2).
(2) Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Frar 2005, dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU 2005, L. 70, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy