22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/36
Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fis-6 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża F-119/14, FE vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-734/15 P)
(2016/C 068/46)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Simonetti u G. Gattinara, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: FE (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Talbiet tal-appellanti
—
Tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-6 ta’ Ottubru 2015 fil-Kawża F-119/14, FE vs Il-Kummissjoni;
—
tiċħad ir-rikors ippreżentat minn FE fil-Kawża F-119/14 bħala infondat;
—
tiddiċiedi li kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din l-istanza;
—
tikkundanna lil FE għall-ispejjeż fl-istanza mressqa quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.
1.
L-ewwel aggravju bbażat fuq diversi żbalji ta’ liġi mwettqa mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) u fuq żnaturament tal-atti tal-proċess fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni mill-Bord tal-Għażla tal-kundizzjoni ta’ ammissjoni li tikkonċerna l-esperjenza professjonali minima.
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fil-konklużjoni tat-TSP li tipprovdi li l-Awtorità tal-Ħatra wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq diversi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mwettqa mit-TSP fil-kundanna tal-Kummissjoni li tħallas EUR 10 000 lir-rikorrenti fl-ewwel istanzi.
Full & Egal Universal Law Academy