29.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 111/26
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2015 minn DD mis-sentenza mogħtija fit-8 ta’ Ottubru 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14, DD vs FRA
(Kawża T-742/15 P)
(2016/C 111/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: DD (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: L. Levi and M. Vandenbussche, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)
Talbiet tal-appellant
—
tannulla parzjalment is-sentenza fil-Kawżi magħquda F-106/13 u F-25/14 tat-8 ta’ Ottubru 2015;
—
konsegwentement:
—
tannulla ż-żewġ deċiżjonijiet tal-FRA (it-twissija kkontestata u t-terminazzjoni tal-kuntratt) mhux biss għal raġunijiet proċedurali, iżda wkoll għal raġunijiet invokati fil-motivi invokati fir-rikors fl-ewwel istanza;
—
tagħti lill-appellant kumpens adegwat għad-danni morali kkawżati minn illegalità u irregolarità manifesta tal-investigazzjoni amministrattiva u tad-deċiżjoni li tinħareġ it-twissija. Dawn id-danni morali qed jiġu stmati ex aequo et bono għal EUR 15 000;
—
tagħti lill-appellant kumpens adegwat għad-danni morali kkawżati mill-proċedura u d-deċiżjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt irregolari. Dawn id-danni morali qed jiġu stmati ex aequo et bono għal EUR 50 000;
—
tikkundanna lill-FRA tbati l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dan l-appell
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.
1.
L-ewwel aggravju jallega li t-Tribunal għs-servizz pubbliku wettaq żbalji ta’ liġi meta eżamina biss t-talba proċedurali ta’ assenza ta’ smigħ li wassal għall-annullament kemm tad-deċiżjoni ta’ twissija kif ukoll tat-terminazzjoni tal-kuntratt, u billi rrifjuta li jeżamina l-motivi l-oħra kollha invokati fir-rikors fl-ewwel istanza. L-appellant jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi u għamel eżami mhux sħiħ tal-fatti, kiser l-Artikolu 47 tal-Karta tad-drittijiet Fundamentali u kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, kiser il-prinċipju tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, kiser il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni.
2.
It-tieni aggravju jallega li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta’ liġi meta ċaħad it-talbiet tal-appellant għal danni mhux materjali kemm fir-rigward tad-deċiżjoni tat-twissija u kif ukoll id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni ta’ kuntratt.
—
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żbalji ta’ liġi fir-rigward taċ-ċaħda tat-talba għal danni mhux materjali kkawżati mill-investigazzjoni amministrattiva, wettaq żnaturament tal-provi, għamel eżami mhux sħiħ tal-fatti, għamel evalwazzjoni manifestament żbaljata, kiser il-kunċett ta’ evidenza fir-rigward tal-eżistenza ta’ dannu bħala kundizzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali, għamel applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju tad-drittijiet tad-difiża u tal-Artikolu 86(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, kiser l-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u kiser l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/43/KE (1).
—
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi billi ċaħad it-talba għal kumpens tad-dannu morali kkawżat mid-deċiżjoni ta’ twissija, wettaq żnaturament tal-provi, wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, wettaq eżami mhux sħiħ tal-fatti, wettaq żball ta’ liġi fil-kuntest tal-evalwazzjni tad-dannu, kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni u kiserl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/43/KE.
—
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi fir-rigward iċ-ċaħda tat-talba għad-danni mhux materjali kkawżati mid-deċiżjoni tat-terminazzjoni, żnaturament tal-provi, wettaq eżami mhux sħiħ tal-fatti, wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni, wettaq żball ta’ liġi fil-kuntest tal-evalwazzjoni tad-danni, kiser l-obbligu ta’ motivazzjoni, kiser il-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u kiser l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/43/KE.
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 20, Vol. 1, p. 23).
Full & Egal Universal Law Academy