15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/44
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Vinnolit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-743/15)
(2016/C 059/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Vinnolit GmbH & Co. KG (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Geipel, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1585, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-iskema ta’ għajnuna SA. 33995 (2013/C) (ex 2013/NN) (implimentata mill-Ġermanja għall-appoġġ tal-elettriku rinnovabbli u tal-utenti li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija), u b’mod partikolari l-konstatazzjoni, fl-Artikoli 1 u 3, li r-regola ta’ kumpens speċjali (“Besondere Ausgleichsregelung”) prevista mil-liġi EEG tal-2012 għandha l-kwalità ta’ għajnuna u hija inkompatibbli mas-suq intern, kif ukoll l-obbligu previst fl-Artikoli 2, 6 u 7 dwar l-irkupru parzjali tal-vantaġġi mogħtija fl-2013 u fl-2014 lill-impriżi benefiċjarji;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq assenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE
—
Ir-rikorrenti ssostni li l-limitu massimu tas-soprataxxa EEG previst fil-liġi Ġermaniża għall-għoti ta’ prijorità lill-enerġija rinnovabbli (iktar ’il quddiem “EEG”) favur impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija jikkostitwixxi emenda għal mekkaniżmu ta’ kumpens tad-dritt ċivili. Dan ma jagħti ebda vantaġġ li joriġina mir-riżorsi tal-Istat jew minn riżorsi li huma kkontrollati mill-Istat.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq assenza ta’ għajnuna ġdida fi kwalukwe każ
—
Ir-rikorrenti żżid li l-limitu massimu tas-soprataxxa EEG favur impriżi li jagħmlu użu intensiv mill-enerġija ma jikkostitwixxix għajnuna ġdida fis-sens tal-Artikolu 108 TFUE, peress li, fil-passat, il-Kummissjoni qieset il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-għajnuna favur enerġija rinnovabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kompatibbli mad-dritt tal-għajnuna u, sa minn dak iż-żmien, dan ma ġiex suġġett għal bidla sostanzjali.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
—
Ir-rikorrenti ssostni li, bid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni kisret l-aspettattivi leġittimi tal-impriżi kkonċernati peress li, fil-passat, il-Kummissjoni qieset il-mekkaniżmu ta’ finanzjament tal-għajnuna favur enerġija rinnovabbli fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja kompatibbli mad-dritt tal-għajnuna u, sa minn dak iż-żmien, dan ma ġiex suġġett għal bidla sostanzjali.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta
Finalment, ir-rikorrenti ssostni li, bid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni eċċediet il-kompetenza lilha mogħtija billi naqqset indebitament il-marġni deċiżjonali li d-dritt primarju u sekondarju jagħtu lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-promozzjoni tal-għajnuna favur l-enerġija rinnovabbli.
Full & Egal Universal Law Academy