15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/45
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – FH Scorpio/UASI – Eckes-Granini Group GmbH (YO!)
(Kawża T-745/15)
(2016/C 059/52)
Lingwa tar-rikors: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrent: FH Scorpio (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, il-Polonja)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Ohm, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “YO!” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 208 436
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 1546/2014-2
Talbiet
—
tiddikkjara r-rikors fondat;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikkonċerna r-reġistrazzjoni tat-trade mark “YO!” Nru 11208436;
—
timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi ssir ir-reġistrazzjoni tat-trade mark għall-prodotti u s-servizzi kollha mitluba;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy