29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/26
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Gauff vs UASI – H.P. Gauff Ingenieure (Gauff)
(Kawża T-748/15)
(2016/C 078/36)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gauff GmbH & Co. Engineering KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Molnar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: H. P. Gauff Ingenieure GmbH & Co. KG – JBG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Gauff” – Trade mark Komunitarja Nru 6 192 521
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 1350/2014-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI għal eżami addizzjonali tal-elementi inkwistjoni li, bi żball, ma ġewx eżaminati;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti tal-appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikoli 53, 56, 57 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tar-Regolament Nru 2868/95;
—
Ksur tad-dritt għal smigħ;
—
Nuqqasijiet ta’ motivazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy