22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/39
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Contact Software vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-751/15)
(2016/C 068/50)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Contact Software GmbH (rappreżentanti: J.-M. Schultze, S. Pautke u C. Ehlenz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni C(2015) 7006 finali fil-Każ AT.39846 – CONTACT/Dassault & PTC tad-9 ta’ Ottubru 2015;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni C(2015) 7006 finali fil-Każ AT.39846 – CONTACT/Dassault & PTC, tad-9 ta’ Ottubru 2015, li ċaħdet l-ilment li hija ressqet fit-18 ta’ Novembru 2010 fuq il-bażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (1).
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq id-definizzjoni żbaljata tas-swieq rilevanti
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet zbalji ta’ liġi u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha tal-Artikolu 102 TFUE, peress li hija ma segwietx l-elementi u l-argumenti pprovduti mir-rikorrenti li jwasslu għal definizzjoni iktar stretta tas-swieq rilevanti, li jkopru, minn naħa, is-swieq li huma proprjament imsejħa swieq tas-softwer ta’ “Computar Aided Design” (CAD) intiżi għal fornituri partikolari jew tal-inqas ta’ softwer “High-End CAD” għall-produtturi tal-karozzi jew fornituri tas-settur tal-karozzi, u, min-naħa l-oħra, suq tal-informatika fuq l-interfaces għal softwer ta’ CAD speċifiku għal kull fornitur.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 102 TFUE
F’dan ir-rigward, ġie sostnut li l-Kummissjoni evalwat b’mod manifestament żbaljat il-pożizzjoni dominanti tal-impriżi kkonċernati, billi bbażat ruħha essenzjalment fuq definizzjoni żbaljata, hawn fuq esposta, tas-swieq rilevanti.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni
Fit-tielet motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li ċ-ċaħda tal-ilment tagħha ma hijiex suffiċjentement motivata.
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni
Fir-raba’ motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni li l-konklużjoni tal-Kummissjoni, li ma hemmx raġunijiet suffiċjenti fir-rigward tal-interess Komunitarju li l-investigazzjoni titkompla fuq ksur possibbli tal-Artikolu 102 TFUE, hija vvizzjata minn żball manifest.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) numru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).
Full & Egal Universal Law Academy