22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/40
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïkí Dynamikí vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-752/15)
(2016/C 068/51)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyrí u Ch. Dede, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li huma kienu ġew innotifikati biha permezz ta’ ittra tad-29 ta’ Ottubru 2015 bir-referenza DIGIT/R/3/SDP/PT 5107460 (2015), li permezz tagħha l-Kummissjoni kklassifikat fis-sitt pożizzjoni l-offerta tar-rikorrenti għal waħda mit-tliet lottijiet, speċifikatament Lott 3, fil-kuntest tal-proċedura għal sejħa għal offerti taħt in-Nru DIGIT/R3/PO/2015/0008 intitolata “Support and consulting services for technical informatics staff IV (STIS IV)”;
—
tordna li l-Kummissjoni tikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu mġarrab minnhom minħabba fit-telf ta’ opportunità li jingħataw l-ewwel pożizzjoni għall-Lott 3 tal-ftehim qafas STIS IV;
—
tordna li l-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha tar-rikorrenti.
Motivi u argumenti prinċipali
Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata peress li kienet ivvizzjata b’nuqqas ta’ motivazzjoni: (i) fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-offerta teknika tar-rikorrenti, (ii) fir-rigward tar-raġunijiet għalfejn l-offerti finanzjarji tal-kumpanniji u konsorzji, rebbieħa tas-sejħa għal offerti, ma kinux ġew ikkunsidrati li kienu wisq baxxi, u minħabba li l-Kummissjoni kisret id-dokumenti kuntrattwali u d-dritt tal-UE fir-rigward tal-eżistenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.
Full & Egal Universal Law Academy