15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/48
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2015 – Il-Lussemburgu vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-755/15)
(2016/C 059/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu (rappreżentanti: D. Holderer, aġent, u D. Waelbroeck, S. Naudin u A. Steichen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
—
prinċipalment, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38375 implementata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Fiat;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-21 ta’ Ottubru 2015, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.38375 implementata mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu favur Fiat sa fejn din tordna l-ikupru tal-għajnuna;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma ġabitx il-prova tas-selettività tad-deċiżjoni antiċipattiva inkwistjoni.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni, sa fejn din tal-aħħar ma ġabitx il-prova ta’ vantaġġ u lanqas dik ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni.
3.
It-tielet motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE, sa fejn il-Kummissjoni eżiġiet l-irkupru tal-għajnuna bi ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tad-drittijiet tad-difiża.
Full & Egal Universal Law Academy