15.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 59/49
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Tengelmann Warenhandelsgesellschaft vs UASI — Fédération Internationale des Logis (T)
(Kawża T-756/15)
(2016/C 059/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tengelmann Warenhandelsgesellschaft KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Prange, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Federation Internationale des Logis (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “T” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 623 022
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-31/08/2015 fil-Każ R 2653/2014-5
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u tamendaha sa fejn l-oppożizzjoni hija miċħuda fl-intier tagħha;
—
tikkundanna lill-konvenut u, skont il-każ, il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi l-ispejjeż tal-proċeduri tal-appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy