22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/41
Rikors ippreżentat fi 22 ta’ Diċembru 2015 – Facebook vs UASI – Brand IP Licensing (lovebook)
(Kawża T-757/15)
(2016/C 068/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Facebook, Inc. (Menlo Park, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: Granado Carpenter u Polo Carreño, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Brand IP Licensing Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “lovebook” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 926 577
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Settembru 2015 fil-Każ R 2028/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha, sa fejn din tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tikkonferma l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-Trade mark Komunitarja Nru 9 926 577 LOVEBOOK fuq il-bażi ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni, billi bbażat ruħha fuq il-konklużjonijiet li x-xebh bejn is-sinjali huwa minuri meta mqabbel mad-differenzi, li l-impressjoni ġenerali tas-sinjali fil-perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti hija li dik li dawn ma jixxibhux, u li dan huwa l-każ, anki jekk t-trade marks preċedenti jgawdu minn distintività ikbar;
—
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy