22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/42
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – EDF Toruń vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
(Kawża T-758/15)
(2016/C 068/53)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: EDF Toruń SA (Toruń, il-Polonja) (rappreżentant: K. Sienkiewicz, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
Talbiet
Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-Deċiżjoni Nru SME(2015)4950 tat-3 ta’ Novembru 2015 adottata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, u l-fattura tal-VAT Nru 10054011 tat-3 ta’ Novembru 2015, dwar l-addebitu ta’ miżata amministrattiva għall-indikazzjoni żbaljata tad-daqs tal-impriża fin-notifika lir-reġistru tar-REACH;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ saħħa vinkolanti tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji (2003/361/KE) u l-bżonn li jiġu applikati miżuri nazzjonali f’dan ir-rigward;
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, (1) minħabba l-fatt li l-aġenzija ma hijiex intitolata timponi penalitajiet finanzjarji fuq entitajiet li jwettqu notifika lir-reġistru tar-REACH;
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità bl-addebitu ta’ miżata amministrattiva li l-ammont tagħha huwa eċċessivament għoli meta mqabbel max-xogħol neċessarju biex jiġi ddeterminat il-valur tal-impriża;
4.
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter permezz tal-addebitu ta’ miżata fuq il-bażi tad-Deċiżjoni 14/2015 tal-Bord tat-Tmexxija tal-Aġenzija għas-Sustanzi Kimiċi, meta din id-deċiżjoni ma għandhiex setgħa vinkolanti;
5.
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-priċipju ta’ ugwaljanza billi l-ammont tal-miżata amministrattiva ġiet stabbilita fuq il-bażi tad-daqs tal-entità li lilha għandha tiġi addebitata l-miżata, meta ma hemm l-ebda argumenti li jsostnu l-korrettezza ta’ soluzzjoni bħal din.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 tas-16 ta’ April 2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) (ĠU J 2008 L 107, p. 6).
Full & Egal Universal Law Academy