22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/43
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2015 – Sogepa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-761/15)
(2016/C 068/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Société wallonne de gestion et de participations (Sogepa) (Liège, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Lepièce u H. Baeyens, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet:
—
tannulla l-Artikoli 3, 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-31 ta’ Lulju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat mhux notifikata SA.34791 (2013/C) (ex 2012/NN) – il-Belġju – Għajnuna għas-salvataġġ ta’ Val Saint-Lambert, sa fejn hija tordna l-irkupru ta’ ammont ta’ għajnuna mill-Istat li jikkorrispondi għad-doppju tal-vantaġġ ekonomiku li effettivament ibbenefikat minnu l-kumpannija Val Saint-Lambert;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-iżball ta’ liġi li l-Kummissjoni wettqet fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku fil-qafas tal-għoti ta’ self lil Val Saint-Lambert SA u tal-għoti ta’ rimbors doppju tal-vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju.
Full & Egal Universal Law Academy