22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/43
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2015 – Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-764/15)
(2016/C 068/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-1 ta’ Ottubru 2014, fil-Każ SA.32833 (2011/C) (ex 2011/NN) – Ajruport ta’ Hahn;
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, is-segwenti:
—
Difett proċedurali minħabba assenza ta’ iktar diskussjoni mar-rikorrenti fl-2014;
—
Preżentazzjoni inkompleta tal-każ, minkejja li fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata l-konvenuta kienet taf bil-fatti;
—
Evalwazzjoni legali żbaljata tal-miżuri favur l-ajruport inkwistjoni, sa fejn ċerti miżuri ma kellhomx jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, filwaqt li ċerti miżuri oħrajn kellhom jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern;
—
Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li l-għajnuna kollha kkunsidrata fid-deċiżjoni kkontestata favur l-ajruport inkwistjoni ngħatat finalment lil Ryanair bħala l-ikbar utent ta’ tali ajruport.
Full & Egal Universal Law Academy