29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/28
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2015 – Labeyrie vs UASI – Delpeyrat (Rappreżentazzjoni ta’ xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur)
(Kawża T-767/15)
(2016/C 078/39)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Labeyrie (Saint-Geours-de-Maremne, Franza) (rappreżentant: A. Lecomte, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Delpeyrat (Saint Pierre du Mont, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva mingħajr talba ta’ kuluri (Rappreżentazzjoni ta’ xitla ta’ ħut ċar fuq sfond skur) – Trade mark Komunitarja Nru 3 916 533
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Ottubru 2015 fil-Każ R 2694/2004-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija kkonfermat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-UASI li ppronunzjat ir-revoka tad-drittijiet tal-kumpannija LABEYRIE fuq it-trade mark Komunitarja tagħha Nru 3 916 533 sabiex tindika ħut;
—
timponi li l-ispejjeż tal-proċeduri jitħallsu mill-konvenut.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 1(1)(a) tal-istess regolament kif ukoll tar-Regola 22 u tar-Regola 40 tar-Regolament Nru 2868/95.
Full & Egal Universal Law Academy